Gwida fil-qosor għall-proċeduri nnegozjati - sottomissjoni tal-offerti inizjali

(proċeduri nnegozjati u proċedura kompetittiva bi nnegozjar mingħajr il-pubblikazzjoni)

Il-gwidi ta’ malajr ġew riveduti biex jinkludu l-aħħar karatteristiċi u funzjonalitajiet fil-fluss tax-xogħol. Din il-verżjoni aġġornata bħalissa hija disponibbli bl-Ingliż biss. It-traduzzjonijiet fil-lingwi kollha tal-UE se jkunu disponibbli dalwaqt.

Il-punt tat-tluq

Merħba fl-eSubmission!

Bl- eSubmission , l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-proċeduri tal-akkwist tal-UE b’mod elettroniku billi jħejju sottomissjonijiet (offerti ui offerti riveduti) u jissottomettuhom elettronikament b’mod strutturat u sigur.

Dawn il-linji gwida japplikaw għas-sottomissjoni ta’ offerti inizjali fi proċeduri nnegozjati u fi proċedura kompetittiva bi nnegozjar mingħajr il-pubblikazzjoni . F’dawn il-proċeduri, il-kandidati mistiedna biss jistgħu jissottomettu offerta inizjali li l-awtorità kontraenti tista’ titlob li tiġi riveduta iżjed f’xi ċiklu sussegwenti tan-negozjati. Għal aktar informazzjoni dwar iċ-ċikli sussegwenti tan-negozjar, ara l-linji gwida għaċ-Ċiklu 2 / ċikli sussegwenti.

Bħala operatur ekonomiku, inti tista’:

  • issawwar it-tweġiba tiegħek għal proċedura mnedija minn istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-UE
  • tippreżentaha b’mod sigur,
  • tara jew tkompli timla abbozz issejvjat,
  • tħassar abbozz ta’ sottomissjoni
  • tirċievi konferma tas-sottomissjoni (irċevuta tas-sottomissjoni)
  • tirtira sottomissjoni qabel sal-iskadenza tas-sottomissjonijiet
  • tirċievi konferma li l-espressjoni ta’ interess ġiet irtirata (irċevuta tal-irtirar)

Ħu ħsieb li taqra r-Rekwiżiti tas-Sistema

  

Tista’ ssibhom fuq il-faċċata tal-applikazzjoni tal-eSubmission u fit-taqsima tal-hemżiet fuq il-paġna tal- Partijiet .

Kif tista’ tikseb għajnuna teknika?

Jekk teħtieġ l-għajnuna, tista’ tikkuntattja lit-tim ta’ appoġġ tagħna bejn it-08:00 u t-20:00 CET/CEST.

    ec-funding-tender-service-desk@ec.europa.eu

  +32 (0) 229 71063

(info) It-tim ta’ appoġġ jikkomunika bl-Ingliż biss.

Kif nista’ naċċessa l-eSubmission?

Dejjem se taċċessa l-eSubmission fil-kuntest ta’ proċedura tal-akkwist. Il-proċeduri tal-akkwist ippubblikati tkun tista’ ssibhom fuq il- Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.

X’neħtieġ biex nuża l-eSubmission?

Biex tuża l-eSubmission u twieġeb sejħa għall-offerti ppubblikata fuq il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti trid tkun irreġistrat(a) fis-servizz tal-awtentikazzjoni tal-utent tal-Kummissjoni Ewropea (l-EU Login). Biex tidentifika l-organizzazzjoni tiegħek fis-sottomissjoni elettronika, din trid tkun irreġistrata fir-reġistru tal-organizzazzjonijiet tal-Kummissjoni (ir-Reġistru tal-Parteċipanti) u jrid ikollha PIC (Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipanti). Għal aktar informazzjoni dwar il-PIC, ara hawn . Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa mingħajr ħlas għall-organizzazzjonijiet kollha.

L-EU Login

L-EU Login huwa l-bieb għas-servizzi u/jew s-sistemi differenti tal-Kummissjoni Ewropea. Jekk m’għandekx EU Login, oħloq profil minn hawn.

Għal aktar informazzjoni, ara l- għajnuna tal-EU Login.

Il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti

Il- Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti hu l-punt uniku tad-dħul (Żona Unika għall-Iskambju Elettroniku tad-Data) għall-parteċipanti u għall-esperti fil-programmi tal-finanzjament u tal-offerti li jitmexxew mill-Kummissjoni Ewropea u istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħra tal-UE.

Mill-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti, il-parteċipanti jistgħu:

  • isibu opportunitajiet fil-programmi tal-finanzjament jew fil-proċeduri tal-akkwist tal-UE

  • jabbonaw għas-sejħiet għall-offerti
  • jaqraw id-dokumenti tal-akkwist
  • jagħmlu u jibagħtu mistoqsija 
  • jirreġistraw fir-Reġistru tal-Parteċipanti 

  • jaċċessaw l-eSubmission
  • jaċċessaw l-irċevuti tas-sottomissjoni (il-konferma tas-sottomissjoni)

  • jaraw, jeditjaw jew iħassru l-abbozz tas-sottomissjonijiet

  • jirtiraw is-sottomissjonijiet u jaċċessaw l-irċevuta tal-irtirar (il-konferma tal-irtirar)

  • jimmaniġġjaw ir-rwoli

Ir-Reġistru tal-Parteċipanti

Il-Kummissjoni stabbiliet reġistru online tal-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fis-sejħiet għall-offerti jew fil-proposti tal-UE, biex tapplika il-prinċipju ta’ “darba biss”: id-data relatata mal-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni tal-parteċipanti trid tiġi sottomessa darba biss.  Wara r-reġistrazzjoni, kull organizzazzjoni tikseb Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipant (PIC) uniku. Biex issir taf kif tikseb PIC fir- Reġistru tal-Parteċipanti , żur din il- paġna.



Mur lura fit-tieni ċiklu tal-proċedura

Immaniġġja l-istediniet u s-sottomissjonijiet fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti

Fil-proċeduri nnegozjati jew fil-proċeduri kompetittivi bi nnegozjar mingħajr pubblikazzjoni, il-kandidati mistiedna biss jistgħu jissottomettu offerta.

Jekk tiġi mistieden tissottometti offerta, tirċievi:

  • stedina bl-email, u
  • notifika fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.

Fl-istedina bl-email se tingħata link għat-taqsima L-Istediniet Tiegħi” fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti - trid tilloggja bl-EU Login tiegħek.

Jekk għad m’għandekx profil tal-EU Login illinkjat mal-indirizz tal-email użat mill-awtorità kontraenti għall-istedina, il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti joħloqhulek awtomatikament. See detailed explanation here .

Ara l-istediniet

Fil-menù tan-navigazzjoni fuq ix-xellug, hemm l-istediniet fit-taqsima L-Istediniet Tiegħi. Fuq il-lemin, fuq il-lista tal-istediniet, hemm għodda tat-tiftix.

Ikklikkja fuq Agħżel Organizzazzjoni mill-menù Azzjoni għall-istedina li tasallek u mbagħad trid tagħżel l-organizzazzjoni indikata fl-istedina bl-emails bħala “Parteċipant”.

 

 Se tinfetaħ pop-up b’żewġ alternattivi:

    • L-organizzazzjonijiet tiegħi - tista’ tagħżel organizzazzjoni minn fost dawk li għandek rwol għalihom: rwol għall-organizzazzjoni (eż. awtoreġistrant, LEAR, LSIGN) jew għal proġett (sottomissjoni/stedina/kuntratt/għotja) . Jekk l-organizzazzjoni tiegħek għadha mhix irreġistrata, l-ewwel trid tirreġistraha fir-Reġistru tal-Parteċipanti biex tikseb PIC (Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipanti). Aqra aktar hawn. Wara li tiġi rreġistrata, tista’ tagħżel il-PIC maħluq ġdid.

 

    • Organizzazzjoni oħra - tista’ tfittex fost l-organizzazzjonijiet irreġistrati fuq il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti billi ddaħħal isem l-organizzazzjoni jew in-numru tal-PIC.

 

Id-dettalji u d-dokumenti tal-istediniet tkun tista’ tarahom biss ladarba tagħżel l-organizzazzjoni tiegħek.

Mil-link “Ara d-dettalji” tista’: 

    • tara d-dettalji tal-proċedura fit-taqsima
      Informazzjoni Ġenerali, u tista’ tara l-informazzjoni relatata mal-proċedura,


    • taċċessa d-dokumenti ristretti tal-akkwist fit-taqsima
      Dokumenti Ristretti u tista’ tara tara d-dokumenti tal-proċedura.
       
       

      Jekk ikun hemm diversi verżjonijiet ta’ dokument, fuq l-iskrin tara l-aħħar verżjoni . Għall-verżjonijiet preċedenti, fittex il-verżjoni li tixtieq tara mill-menù.
      Tista’ wkoll tara t-traduzzjonijiet disponibbli (jekk ikun hemm).


    • Taċċessa t-taqsima Mistoqsijiet u Tweġibiet Ristretti.  
      Hawn tista’ tistaqsi mistoqsija dwar il-proċedura.
       
      Jekk l-awtorità kontraenti tagħti t-tweġiba privatament, din tidher fit-taqsima Mistoqsijiet u Tweġibiet Tiegħi.
      Jekk it-tweġiba tingħata lill-kandidati kollha mistiedna għall-proċedura, din tidher taħt it-taqsima Mistoqsijiet u Tweġibiet Ristretti . Għal aktar informazzjoni ara Kif toħloq u tissottometti mistoqsija fil-Portal ghall-Finanzjament u għall-Offerti .

(info) Is-sottomissjoni tista’ ssir biss mit-taqsima “L-istediniet Tiegħi”. L-offerti ma jistgħux isiru mill-paġna tad-dettalji tal-proċedura.

L-Istediniet Tiegħi

Għal kull stedina tista’ tara n-numru ta’ referenza tal-proċedura, l-istatus tal-istedina (riċevuta, konfermata), l-iskadenza, il-lott (jekk applikabbli), it-titlu tal-proċedura, it-tip ta’ proċedura, u l-pass.

Mill-menù Azzjoni tal-istedina/sottomissjoni, inti tista’ tagħmel azzjonijiet differenti skont l-istatus tal-istedina/sottomissjoni.

Għall-istediniet bi status Riċevuta:  

  • Ikkonferma l-Wasla: ikklikkja hawn   biex tikkonferma li rċevejt l-istedina għas-sottomissjoni ta’ offerta. Din tieħdok fil-portal tal-eSubmission biex tissottometti l-offerta tiegħek.
  • Immaniġġja r-Rwoli:  se tkun tista’ tara u timmaniġġja l-aċċess għall-istedina tiegħek (iżżid/tneħħi l-persuni li jkunu jistgħu jaraw l-istedina u jissottomettu offerta).
  • Ara d-Dettalji: hawn tista’ tara d-dettalji dwar il-proċedura(ara hawn fuq)).

Għall-istediniet bi status Ikkonfermata

 

  • Ibda Sottomissjoni Ġdida: ikklikkja   biex tissottometti offerta ġdida.
  • Immaniġġja r-Rwoli: se tkun tista’ tara u tmexxi l-aċċess għall-istediniet tiegħek (iżżid/tneħħi l-persuni li jkunu jistgħu jaraw l-istedina u s-sottomissjoni ta’ offerta).
  • Ara d-Dettalji: hawn tista’ tara d-dettalji dwar il-proċedura (ara hawn fuq) ).

Jekk bdejt tħejji sottomissjoni jew diġà ssottomettejt waħda, ikollok il-link Sottomissjonijiet.

Mill-menù Azzjoni fuq il-lemin ta’ kull sottomissjoni tista’ tagħmel azzjonijiet differenti skont l-istatus tas-sottomissjoni.

Għas-sottomissjonijiet bi status Abbozz:

 

  • Editja: l-eSubmission tiftaħ l-iskrin li kont fih meta ħriġt mill-applikazzjoni. Issa tista’ teditja s-sottomissjoni tiegħek fl-eSubmission.
  • Ara: l-eSubmission tiftaħ l-iskrin li kont fih meta ħriġt mill-applikazzjoni. Ma tistax teditja s-sottomissjoni jekk tkun qed taraha fil-modalità ta’ qari biss. 
  • Ħassar: l-abbozz tas-sottomissjoni se jitħassar mill-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.

Għas-sottomissjonijiet bi status Sottomessa:

 

  • Ara l-Irċevuta: tara l-irċevuta tas-sottomissjoni.
  • Irtira (disponibbli biss qabel tiskadi s-sottomissjoni):  tagħti r-raġuni għall-irtirar tas-sottomissjoni u tikkonferma billi tikklikkja fuq Irtira. Malli tirtira sottomissjoni, la tkun tista’ taraha, teditjaha u lanqas terġa’ tissottomettiha.

Għas-sottomissjonijiet bi status Irtirata:

 

  • Ara l-Irċevuta tal-Irtirar: tara l-irċevuta tal-irtirar.

Għas-sottomissjonijiet bi status Imħassra:

 

  • Il-menù Azzjoni mhux disponibbli għall-offerti bl-istatus Imħassra. Ladarba l-abbozz ta’ offerta jitħassar, l-offerent ma jkunx jista’ jirkuprah. 



Kif tħejji l-offerta tiegħek fl-eSubmission

Biex tkun tista’ tissottometti offerta, l-ewwel trid tikkonferma li waslitlek l-istedina għas-sottomissjoni ta’ offerta:

  • Il-proċedura tinsab fit-taqsima L-Istediniet Tiegħi fuq il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.

  • Fil-menù Azzjoni tal-proċedura, ikklikkja fuq Ikkonferma l-Wasla biex tikkonferma li rċevejt l-istedina. L-istatus tal-istedina tiegħek isir Konfermata.

 

Meta tikkonferma li rċevejt l-istedina, int tittieħed awtomatikament fl-eSubmission biex tibda tissottometti l-offerta tiegħek billi tikklikkja fuq Sottomissjoni Ġdida. 

Jekk tippreferi tibda s-sottomissjoni tiegħek aktar tard:

  • Illoggja fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.

  • Mur fuq L-Istediniet Tiegħi u sib il-proċedura.

  • Mill-menù Azzjoni tal-proċedura, ikklikkja fuq Ibda Sottomissjoni Ġdida. Imbagħad tittieħed fl-eSubmission.

 

Fl-eSubmission ikklikkja fuq Sottomissjoni Ġdida biex tibda sottomissjoni ġdida, jew fuq Kompli Abbozz biex tkompli timla abbozz ta’ sottomissjoni mibdija. 

Kif tinnaviga fl-eSubmission 

Meta tibda r-reġistrazzjoni tiegħek, fuq nett tal-iskrin se tfeġġ linja li turik il-progress. Din il-linja turi l-passi kollha li trid tgħaddi minnhom biex tissottometti l-offerta tiegħek. Turik ukoll f’liema pass tkun qiegħed dak il-ħin.

Waqt il-proċedura ta’ sottomissjoni, dejjem tista’ tiċċekkja liema huma d-dokumenti applowdjajt billi tagħżel Dokumenti tas-Sottomissjoni fuq ix-xellug tal-iskrin.

  

(warning) Xejn ma jiġi sottomess lill-awtorità kontraenti qabel tikklikkja Issottometti fi tmiem il-proċess tas-sottomissjoni.

Modi kif tissottometti


Meta tibda sottomissjoni ġdida, se tintalab tindika:

  • kif se tissottometti l-offerta tiegħek: Sottomissjoni unika jew Sottomissjoni konġunta,
  • jekk is-sottomissjoni hix se tinvolvi sottokuntrattar,
  • b’liema lingwa se ssir is-sottomissjoni.

Wara dawn l-għażliet, ikklikkja fuq Li jmiss fil-qiegħ tal-paġna.

Il-Partijiet

  

F’din it-taqsima trid tidentifika l-organizzazzjonijiet parteċipanti fis-sottomissjoni tiegħek (il-parteċipanti). Ikklikkja fuq Parti ġdida biex tagħżel it-tip ta’ parteċipant: il-parteċipant ewlieni (fil-każ ta’ sottomissjoni unika), il-mexxej tal-grupp jew membru tal-grupp (fil-każ ta’ sottomissjoni konġunta) u sottokuntrattur (jekk applikabbli).

Il-parteċipanti kollha, ħlief is-sottokuntratturi, iridu jiġu identifikati b’PIC – Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipanti. Biex tiċċekkja jekk l-entità diġà għandiex PIC (jiġifieri hix diġà rreġistrata fir-Reġistru tal-Parteċipanti), uża Fittex . Tista’ tfittex bil-PIC, bin-numru tal-VAT, bin-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali u bil-pajjiż. Biex tfittex bin-numru tal-VAT jew bin-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali, teħtieġ ukoll il-pajjiż.

Jekk ma jitla’ l-ebda riżultat, l-organizzazzjoni trid tirreġistra għal PIC. Meta jkollok il-PIC, erġa’ mur fl- eSubmission , fittex bil-PIC u agħżel l-organizzazzjoni li titla’.

Id-data assoċjata mal-PIC fir-Reġistru tal-Parteċipanti se tidher fuq l-iskrin and se tintalab tipprovdi d-data/dokumenti obbligatorji li ġejjin:

  • għall-parteċipant ewlieni jew għall-mexxej tal-grupp:
    • Persuna tal-Kuntatt (isem u indirizz tal-email)
    • IBAN/Numru tal-kont bankarju
  • għall-parteċipanti kollha: Dikjarazzjoni fuq l-Unur (mimlija u ffirmata kif dovut) fit-taqsima Hemżiet.

Biex tkun taf liema dokumenti jeħtieġlek tissottometti, ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.

Fit-taqsima Persuna tal-Kuntatt, l-utent jista’ jindika ismu (l-isem jimtela bil-lest) jew isem persuna oħra bħala l-persuna tal-kuntatt għall-offerta. Il-Persuna tal-Kuntatt tirċievi r-rwol ta’ Primary Coordinator Contact ( PCoCo ) fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti u l-utent li jissottometti l-offerta (jekk differenti mill-Persuna tal-Kuntatt) – ir-rwol ta’ Coordinator Contact ( CoCo ). 

Jekk il-PCoCo ma jkollux profil tal-EU Login, jinħoloq awtomatikament profil temporanju tal-EU Login abbażi tal-indirizz tal-email tal-Persuna tal-Kuntatt u l-persuna tiġi mistiedna bl-email biex timla r-reġistrazzjoni tal-EU Login. L-istedina se tirċeviha b’messaġġ awtomatiku mis-sistema mingħajr referenza għall-proċedura.

Fit-taqsima Hemżiet ta’ kull parteċipant, tista’ tapplowdja d-dokumenti tal-parteċipant relatati mal-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla. Biex tara liema dokumenti għal liema parteċipant iridu jiġu sottomessi, ara l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.

Malli tlesti, ikklikkja fuq Lest

(warning) Ladarba tlesti l-“Modi kif tissottometti”, ma tkunx tista’ tbiddel l-istruttura minn Sottomissjoni konġunta għal Sottomissjoni unika jew bil-kontra. Jekk tkun trid tbiddel l-istruttura tas-sottomissjoni tiegħek jew tibdel il-mexxej tal-grupp, trid toħloq sottomissjoni ġdida li tieħu l-post l-abbozz tas-sottomissjoni tiegħek (id-data mdaħħla u d-dokumenti applowdjati qabel jitħassru kollha).

Ikklikkja fuq Li jmiss biex tkompli.

Lottijiet

  

Fi proċedura b’diversi lottijiet, agħżel il-lottijiet li għalihom tixtieq tissottometti offerta, u mbagħad ikklikkja fuq Li jmiss .  

(warning) L-identifikazzjoni tal-parteċipanti tapplika għas-sottomissjoni kollha kemm hi. Għalhekk, jekk il-kompożizzjoni tal-konsorzju tkun differenti għal kull lott, trid tagħmel sottomissjoni separata għal kull lott.

Data tal-offerta

  

F’din it-taqsima trid iddaħħal l-ammont tal-offerta tiegħek (fil-każ biss tal-metodu tal-għoti tal-inqas kost jew tal-orħos prezz, ara li tuża l-istess format bħall-eżempju fuq l-iskrin) u/jew tikkonferma jekk l-offerta tiegħek tikkonformax jew le mar-rekwiżiti minimi speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist.

  

Jekk tikkonferma li l-offerta tiegħek ma tikkonformax mar-rekwiżiti minimi se tintalab tipprovdi spjegazzjoni f’kaxxa apposta għall-kummenti. Il-konferma tal-konformità jew
tan-nonkonformità u l-ispjegazzjoni f’każ tan-nonkonformità jkunu jidhru fir-rapport tas-sottomissjoni.

Wara li tikklikkja fuq Issejvja tkun tista’ tapplowdja l-offerta finanzjarja u, jekk meħtieġ mill-awtorità kontraenti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, l-offerta teknika. Tista’ tapplowdja aktar minn fajl wieħed bħala offerta teknika/finanzjarja. 

Meta jkun jidhrilek li d-data tal-offerta hija korretta u s-sottomissjoni hija kompluta, ikklikkja fuq Li jmiss. Il-buttuna tkun attiva biss jekk tagħti d-data u d-dokumenti obbligatorji kollha.

(warning)  F’dan l-istadju, l-abbozz tal-offerta tiegħek, inkluż id-dokumenti tiegħek kollha, ikun għadhom ma ġewx sottomessi .

Rapport tas-Sottomissjoni

  

Ir-rapport tas-sottomissjoni toħolqu s-sistema u hu parti mis-sottomissjoni. Ir-rapport jelenka d-dokumenti kollha inklużi fis-sottomissjoni.

L-eSubmission toħloq ir-rapport tas-sottomissjoni awtomatikament u żżidu mas-sottomissjoni tiegħek. Dak ir-rapport tista’ tarah fuq l-iskrin jew tniżżlu biex terfgħu (qabel ma tissottometti l-offerta). M’għandekx għalfejn tiffirma u tapplowdja r-rapport iffirmat fl-eSubmission.

Wara li tara r-rapport tas-sottomissjoni, jekk jidhirlek li s-sottomissjoni hija lesta u tajba biex tintbagħat, ikklikkja fuq Li jmiss.

(warning)Ir-rapport tas-sottomissjoni mhux konferma tas-sottomissjoni. Għadek ma għamiltx is-sottomissjoni . Biex tiffanalizza s-sottomissjoni, kompli għall-pass li jmiss u ikklikkja fuq Issottometti .

Issottometti l-offerta tiegħek

  

Meta tkun lest biex tissottometti l-offerta tiegħek, ikklikkja fuq Issottometti Is-sistema se turik messaġġ ta’ konferma.

 

Agħżel Iva jekk tixtieq tikkonferma: imbagħad dik is-sottomissjoni mhux se tkun tista’ timmodifikaha iżjed.

Innota li s-sistema mhux se tħallik tagħmel sottomissjonijiet jekk l-iskadenza tkun għaddiet.

u tintbagħat notifika bl-email fl-indirizz tal- PCoCo/CoCo. Din in-notifika bl-email ikollha link għall-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti biex il-PCoCo/CoCo isibu l-irċevuta tas-sottomissjoni. Is-sidien tal-PIC użati fis-sottomissjoni se jiġu infurmati.

(warning) L-irċevuta tas-Sottomissjoni hija l-konferma tal-konformità li ma nqabżitx l-iskadenza tas-sottomissjonijiet.


Immaniġġja r-Rwoli fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti

Il-profil tal-EU Login marbut mal-indirizz tal-email li lilu ntbagħtet l-istedina jirċievi r-rwol ta’ Primary Coordinator Contact (PCoCo) għall-istedina.

Minn “Immaniġġja r-Rwoli” (ara hawn taħt), il-PCoCo jista’ jżid persuni oħra mill-organizzazzjoni tiegħu bħala Coordinator Contact(s) (CoCo) għall-istedina

Il-Persuna tal-Kuntatt indikata fis-sottomissjoni tal-offerta tirċievi r-rwol ta’ PCoCo għas-sottomissjoni u l-istedina għaċ-ċikli sussegwenti. L-utent li jissottometti l-offerta (jekk ikun differenti mill-Persuna tal-Kuntatt fis-sottomissjoni) jirċievi r-rwol ta’ Coordinator Contact (CoCo) għas-sottomissjoni u l-istedina għaċ-ċikli sussegwenti, sakemm ir-rwol ma jkunx tneħħa mill-PCoCo jew CoCo ieħor tas-sottomissjoni f’xi ħin bejn il-ftuħ tal-offerta mill-awtorità kontraenti u l-wasla tal-istedina għal ċiklu jew ċikli sussegwenti.

L-azzjonijiet kollha deskritti hawn fuq (ara t-taqsima “L-istediniet Tiegħi”  jistgħu jagħmluhom il-PCoCo jew il-CoCos tal-oġġett rispettiv (stedina jew sottomissjon). Innota li jista’ jkun hemm PCoCo wieħed biss għal kull stedina jew sottomissjoni.

Biex iżżid/tneħħi r-rwoli ta’ sottomissjoni, imxi mal-passi ta’ hawn taħt:

1

Mill-menù Azzjoni fuq il-lemin tas-sottomissjoni tal-offerta inizjali, ikklikkja fuq Immaniġġja r-Rwoli

2

Agħżel Editja r-Rwoli .

 

3.

Biex iżżid CoCo ġdid, agħżel Żid Rwoli.

  

4.

Biex tneħħi CoCo, ikklikkja fuq l-ikona tat-tħassir ħdejn l-isem.

 

(info)  Il-CoCos miżjudin kif deskritt hawn fuq, wara li l-awtorità kontraenti tkun bagħtet stedina lill-offerent biex jissottometti offerta riveduta permezz tal-Portal, ma jkunux jistgħu jissottomettu l-offerta riveduta. Il-PCoCo/CoCos biss li rċevew l-istedina jew il-CoCos biss miżjuda mill-buttuna “Immaniġġja r-Rwoli” tal-istedina se jkunu jistgħu jissottomettu offerta riveduta (ara l-linji gwida għaċ-Ċiklu 2 / ċikli sussegwenti.



Immaniġġja n-notifiki fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti 

In-Notifiki Tiegħi

Il-PCoCo/CoCo jistgħu jaċċessaw din il-paġna mill-qanpiena fuq il-lemin tal-iskrin wara li jilloggjaw fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.

  

F’din il-paġna, il- PCoCo/CoCo isibu n-notifiki li ġejjin:

  • Stedina għas-sottomissjoni ta’ offerta (riveduta)
  • Tfakkira li qed toqrob xi skadenza tas-sottomissjoni għal proċedura
  • L-użu tal-PIC tal-organizzazzjoni għal sottomissjoni
  • Irċevuta tas-Sottomissjoni (konferma tas-sottomissjoni ta’ offerta)
  • Irċevuta tal-Irtirar (konferma tal-irtirar ta’ offerta)
  • Id-dokumenti jiġu aġġornati għal proċedura
  • Il-Mistoqsijiet u Tweġibiet Ristretti jiġu ppubblikati
  • Avviż jiġi ppubblikat mill-awtorità kontraenti
  • Id-dettalji tal-proċedura jiġu aġġornati (l-iskadenza tal-offerta, it-titlu, id-deskrizzjoni, eċċ.)

Fit-tab Preferenzi taħt Immaniġġja n-notifiki kollha (fil-qiegħ tal-lista tan-notifiki) il-PCoCo/CoCo jistgħu jagħżlu l-frekwenza tan-notifiki bl-email mill-Portal għall-Finanzjamnet u għall-Offerti. Tkun xi tkun l-għażla tiegħek, in-notifiki tiegħek ikunu qegħdin ilkoll fit-taqsima In-Notifiki Tiegħi .

In-Notifiki Formali Tiegħi 

Din it-taqsima, fil-menù tan-navigazzjoni  fuq ix-xellug, bħalissa mhix qed tintuża għall-proċeduri tal-akkwist.

                                                                                                  Għal gwida ta’ kif tissottometti offerta riveduta, mur fit- tieni ċiklu tal-proċedura


(info)   Il-gwida fil-qosor dwar il-proċeduri nnegozjati u proċeduri oħra tal-akkwist tista’ ssibha bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE fit-taqsima Gwidi fil-Qosor tal-eSubmission .


  • No labels